Friday, November 15, 2024

Everton akkużati li kisru r-regoli tal-Financial Fair Play

Aqra wkoll

Everton ġew riferuti lil kummissjoni indipendenti mill-Premier League fuq allegat ksur tar-regoli tal-Financial Fair Play.

Il-Premier League ma żvelax speċifikament tal-allegat ksur tal-club, ħlief li qal li seħħ fil-perjodu  fl-istaġun 2021-22.

Madankollu, Everton irreġistraw telf finanzjarju f’diversi staġuni riċenti.

It-Toffees ċaħdu l-aġir ħażin u qalu li kienu “lesti li jiddefendu bil-qawwa kollha” il-pożizzjoni tagħhom.

Fl-istqarrija tagħhom, Everton qalu: “Il-club se jikkontesta bil-qawwa l-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità u flimkien ma’ team indipendenti  ta’ esperti ninsabu kompletament kunfidenti li bqajna konformi mar-regoli u r-regolamenti finanzjarji kollha.

“Matul diversi snin, il-club ipprovda informazzjoni lill-Premier League b’mod miftuħ u trasparenti u konxjament għażel li jaġixxi bl-akbar bona fide f’kull ħin.”

F’Marzu 2022, Everton ħabbru telf ta’ £120.9m għall-istaġun 2020-21.

Dan kien ifisser li t-telf fuq perjodu ta’ tliet snin kien jammonta għal £372m – aktar minn tliet darbiet il-£105m permessi taħt ir-regoli tal-Premier League.

Il-club qal li baqgħu “f’pożizzjoni finanzjarja sigura” bis-saħħa tas-sid Farhad Moshiri – minkejja li l-pandemija tal-Covid-19 kienet parti mit-telf.

Everton jinsabu wkoll fil-proċess li jibnu l-istadium il-ġdid tagħhom ta’ Bramley-Moore Dock.

Huma jibqgħu f’pożizzjoni perikoluża fl-ogħla livell, fil-15-il post tal-klassifika – żewġ punti ‘l fuq miż-żona ta’ relegazzjoni.

Ekonomija

Sport