Everton se jfittxu ħlas ta’ mill-inqas £80 miljun mingħand Manchester United għad-difensur żagħżugħ Jarrad Branthwaite. Huwa mifhum li l-United diġà qablu fuq it-termini personali mar-rappreżentanti tal-player.
Everton ma jridux ibigħu lill-player ta’ 21 sena, li ħafna jemmnu li kien sfortunat li tilef l-għażla fl-iskwadra tal-Euro 2024 tal-Ingilterra. Il-club jemmen li hija biss kwistjoni ta’ żmien qabel Branthwaite isir regolari fit-team Ingtliż u jkun klassifikat fl-istess grupp bħal Harry Maguire u Josko Gvardiol.
Maguire sewa £80 miljun lill-United meta ngħaqad mingħand Leicester City fl-2019. Gvardiol sewa €90 miljun lil Manchester City – dak iż-żmien kien jammonta għal £77 miljun – meta ħalla lil RB Leipzig fis-sajf li għadda.