Wednesday, October 23, 2024

Everton wara Che Adams

Aqra wkoll

Everton qed ifittxu attakkant u wara ġimgħat ta’ tentattivi jidher li l-għażla waqgħet fuq il-plejer ta’ Southampton Che Adams. Dan il-player Skoċċiż ta’ 26 sena skorja xejn inqas minn erba’ goals fl-ewwel tliet partiti uffiċjali ta’ Southampton li min-naħa tagħhom ma tantx huma ħerqana li jitilfu lil dan il-player.

Fred Adams ilu sa mis-sena 2019 ma’ Southampton u skorja 22 goal fi 98 partita. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Sheffield United u Birmingham City.

Sport