Sunday, December 22, 2024

Eżegwita s-sitt piena kapitali fi tliet xhur fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

William LeCroy, li kien instab ħati ta’ stupru u qtil, ingħata l-mewt b’injezzjoni lbieraħ. Din hija s-sitt eżekuzzjoni taħt l-amministrazzjoni Trump matul dan is-sajf wara tul ta’ żmien fejn il-piena kapitali kienet twaqqfet fuq livell federali.

LeCroy, ta’ 50 sena, kien iddikjarat mejjet fid-9.06 p.m. wara li uffiċjali mill-Bureau Amerikana tal-Ħabsijiet amministrawlu doża fatali ta’ barbiturate pentobarbital f’Terre Haute, Indiana.

L-eżekuzzjoni żvolġiet wara li l-Qorti Suprema tal-Istati Uniti irrifjutat talba li saret fis-sigħat preċedenti mill-avukat prinċipali ta’ LeCroy, li jsofri minn kundizzjoni ta’ saħħa kronika, biex ikun jista’ jivvjaġġa b’mod sigur lejn Terre Haute mingħajr ir-riskju li jiġi infettat bil-Covid-19.

Din hija s-sitt darba li l-piena kapitali ġiet applikata matul dawn l-aħħar tliet xhur, aktar mill-eżekuzzjonijiet federali totali li twettqu mill-predeċessuri ta’ Trump sal-1963.

Intant eżekuzzjoni oħra hija ppjanata għal għada, bi Christopher Vialva li nstab ħati bi qtil, mistenni li jkun l-ewwel raġel ta’ karnaġġjon sewda li jiffaċċja l-piena kapita taħt l-amministrazzjoni Trump.

Ekonomija

Sport