Tuesday, April 16, 2024

Anzjan ta’ 84 sena l-25 persuna li tmut bil-Covid-19

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 84 sena miet wara wara li kien infettat bil-Covid-19. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa ftit tal-ħin ilu.

Ir-raġel instab li kien pożittiv għall-Covid-19 nhar it-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess fejn baqa’ jingħata kura sakemm miet ilbieraħ tard billejl.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan kien ibati minn kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri, filwaqt li esprima l-ondoljanzi lill-qraba.

L-anzjan huwa l-25 persuna f’Malta li miet waqt li kien infettat bil-Covid-19.

Ekonomija

Sport