Eżerċizzju ta’ taħriġ b’simulazzjoni ta’ xenarju ta’ emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Aqra wkoll

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq javża lill-pubbliku li ser ikun qiegħed jorganizza eżerċizzju ta’ taħriġ b’simulazzjoni ta’ xenarju ta’ emerġenza nhar it-Tlieta 13 t’Ottubru 2026, mill-5 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Dan l-eżerċizzju ser isir bl-involviment ta’ għadd ta’ partijiet interessati u organizzazzjonijiet, li jiġu mobilizzati f’każ ta’ emerġenza fl-ajruport.

Eżerċizzji bħal dawn isiru f’konformità mar-rekwiżiti ta’ regolamenti internazzjonali u Ewropej, bl-għan li jevalwaw kemm il-livell ta’ tħejjija tal-entitajiet involuti kollha, kif ukoll l-adegwatezza tal-pjan ta’ rispons.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq javża lil persuni li ser ikunu qegħdin jivvjaġġaw nhar it-Tlieta li l-vjaġġ tagħhom mhuwiex se jiġi affettwat minn dan l-eżerċizzju. Barraminnhekk, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq ifakkar lill-pubbliku li attività mhux tas-soltu, bħall-moviment ta’ diversi vetturi ta’ rispons għal emerġenza u salvataġġ fil-viċinanzi tal-ajruport, m’għandhiex tikkawża allarm.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq jirringrazzja lill-pubbliku tal-kooperazzjoni tiegħu. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport