Saturday, October 10, 2026
Home Sport Msida champions nazzjonali tal-Boċċi 2026

Msida champions nazzjonali tal-Boċċi 2026

0
67

Msida huma ċ-champions tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Boċċi tal-Ewwel Diviżjoni 2026 wara li f’finali mill-aktar eċċitanti għelbu lil Għaxaq 21-17 fil-pitch ta’ Ħal Lija.

Il-konfront dam aktar minn tliet sigħat u baqa’ inċert sal-aħħar, tant li f’mument minnhom l-iskor kien 17-17. Għaxaq kienu kisbu post dirett fil-finali wara li temmew fil-quċċata tal-klassifika, filwaqt li Msida kellhom jgħaddu mill-play-offs.

Għal Msida lagħbu Andre Caruana, Dunstan Zammit, George Ronayne, Melvin Zammit, Paul Vassallo u Paul Pace, filwaqt li Għaxaq kienu rappreżentati minn Noel Axiaq, Joseph Tabone u Michael Buhagiar Chris Mallia, Emanuel Spiteri u Damon Grima.

Ir-referee kien Mario Enriquez assistit minn Redeemer Azzopardi.

Din kienet ir-raba’ darba fl-istorja li Msida rebħu dan il-kampjonat. Il-President tal-Federazzjoni, Clinton John Saliba, ippreżenta t-tazza liċ-champions fost il-ferħ tal-partitarji Msidjani.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here