Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, l-Ispanjol Carlos Sainz Jr (Ferrari) rebaħ il-Grand Prix tal-Britannja li sar fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone.
Iżda dan kellu bidu karatterizzat minn aċċident ferm ikrah li seta’ kellu konsegwenzi ferm koroh.
L-aċċident seħħ mal-ewwel dawra meta l-Franċiż Pierre Gasly (Alpha Tauri) pprova jmur bejn il-Britanniku George Russell (Mercedes) fuq ġewwa u Guanyu Zhou (Alfa Romeo) fuq barra. Iżda meta beda jara li kien se jingħalaq bejn iż-żewġ karozzi, huwa rtira lura bil-konsegwenza li laqat ir-rota ta’ wara ta’ Russell li l-karozza tiegħu daħlet f’dik ta’ Zhou bil-karozza ta’ dan tal-aħħar tinqaleb fl-ajru u tinżel tistrieħ ma’ barrikata.
Fil-veritá kienet il-halo li salvat il-ħajja ta’ Zhou li ma setax jiċċaqlaq minn ġol-karozza iżda l-ħin kollu kien f’sensieh.
B’xorti tajba wara li ngħata attenzjoni meta, sar magħruf li Zhou ma kellu l-ebda ksur jew inkella ġrieħi gravi.
Aċċident ieħor kien li l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) daħal dirett ġol-karozza tal-Britanniku Alex Albon (Williams).
Meta reġa’ ngħata bidu għal din it-tiġrija kien hemm neqsin Albon, Zhou u Russell.
Intant, Sainz baqa’ jżomm il-vantaġġ mill-pole position sat-tmiem biex kien jimmeritah din ir-rebħa. Fit-tieni post temm il-Messikan, Sergio Perez (Red Bull) segwit minn Lewis Hamilton (Mercedes) u Charles Leclerc (Ferrari) li naqas li japprofitta mis-seba’ post tal-leader Max Verstappen (Red Bull).
Il-klassifika tal-ewwel erba’ postijiet: 181 – Max Verstappen; 147 Sergio Perez; 138 – Charles Leclerc; Carlos Sainz 127