Saturday, December 21, 2024

F1: Charles Leclerc se jibda mill-pole position fil-Grand Prix ta’ Monaco

Aqra wkoll

Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, Charles Leclerc (Ferrari), illum se jibda mill-ewwel pożizzjoni fil-Grand Prix ta’ pajjiżu, dak ta’ Monaco, meta fil-provi uffiċjali kiseb l-aħjar ħin … dak ta’ minuta u 10.27 sekondi.

Huwa għeleb l-isfida tal-Awstraljan, Oscar Piastri (McLaren) segwti mill-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari). 

Iċ-champion tad-dinja u leader tal-klassifika,  Max Verstappen, iddiżappunta bil-kbir meta llum se jibda mis-sitt pożizzjoni wara li kellu inċident billi laqat ħajt fl-ewwel kantuniera tal-aħħar prova tiegħu.

Din hija t-tielet darba li s-sewwieq Olandiż mhux se jibda mill-pole position minn tmien tiġrijiet.

It-tliet Britanniċi, Lando Norris (McLaren) u t-   tnejn tal-Mercedes, George Russell u Lewis Hamilton, se jibdew mir-raba’, mill-ħames u mis-seba’ po­żiz­zjonijiet.

Klassifika ġenerali: 161 – Max Verstappen; 113 – Charles Leclerc; 107 – Sergio Perez; 101 – Lando Norris; 93 – Carlos Sainz; 53 – Oscar Piastri; 44 – George Russell; 35 – Lewis Hamilton; 33 – Fernando Alonso.

Ekonomija

Sport