Thursday, June 13, 2024

Manchester United jirbħu l-FA Cup b’mod meritat

Aqra wkoll

MANCHESTER CITY……….. 1

MANCHESTER UNITED…… 2

Manchester United ċaħħdu lir-rivali eterni Manchester City milli jagħmlu d- double meta fil-finali tal-FA Cup ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 biex issa se jilagħbu fil-UEFA Europa League.

Appena għaddew 90 sekondi, Manchester City appellaw għal penalty meta allegaw li Lisandro Martinez għamel kuntatt ma’ Erling Haaland fil-kaxxa b’dan tal-aħħar jaqa’ mal-art … iżda kollox kien normali għar-referee Andy Madley.

Il-partita żvolġiet f’waħda bilanċjata iżda l-United kienu kemmxejn aħjar fejn bdew jikkontrollaw lill-avversarji li kienu biss id-dell tal-forma solitá tagħhom.

U proprju fil-31 minuta, il-United ġew ippreżentati b’rigal kbir meta nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn il-goalkeeper Stefan Ortega u Josko Gvardiol, b’dan tal-aħħar iqabbeż il-ballun bir-ras minn fuq sieħbu stess, bil-konsegwenza li Alejandro Garnacho ġie waħda quddiem lasti vojta u ddepożita l-ballun fix-xibka.

Tmien minuti wara, huma rduppjaw meta ħarbu b’kontrattakk fejn Garnacho xeħet lejn Bruno Fernandes li żmakra għal kollox lil Kobbie Mainoo li kien pront xeħet il-ballun fix-xibka.           

Fit-tieni taqsima, is-Citizens xeħtu kollox fuq l-offensiva u fil-55 minuta kienu ferm sfortunati meta Haaland ġie mċaħħad mill-mimduda.

Fl-64 minuta, resqu viċin li jnaqqsu l- marġni tal-iskor iżda Julian Alvarez minn qagħda ferm ideali pprova jipplejsja l-ballun fir-rokna tax-xibka iżda falla l-mira.

Huma komplew jippressaw iżda l-avversarji bdew jikkontrollaw kull sitwazzjoni u bil-ħin għaddej Manchester City dehru frustrati minħabba li ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja … sakemm fit-87 minuta Jeremy Doku għeleb lill-goalkeeper Andre Onana.

Iżda l-goal wasal tard biex setgħu jsalvaw il-partita.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport