Wednesday, December 25, 2024

F1: George Russell jirbaħ il-Grand Prix tal-Awstrija

Aqra wkoll

Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, il-Britanniku George Russell (Mercedes) re­baħ il-Grand Prix tal-Awstrija li sar fiċ-ċirkwit ta’ Red Bull Arena, fil-belt ta’ Spielberg, meta kien fil-pożizzjoni t-tajba hekk kif l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) u l-Britanniku Lando Norris (McLaren), ħabtu f’finali spettakolari, b’Norris  jiġi mġiegħel jirtira filwaqt li ċ-champion tad-dinja intlaqat b’penalitá ta’ 10 sekondi.

Għaldaqstant, Russell approfitta minn dan l-inċident biex qabeż waħdu fil-vantaġġ bi tliet sekondi quddiem l-Awstraljan, Oscar Piastri (McLaren) li minkejja kellu  karozza aktar veloċi, ma kellux ħin biżżej­jed biex inaqqas id-distakk meta kien fadal biss ftit dawriet.

Russell daħal fl-ewwel post meta rreġistra ħin ta’ 1:24:22.798.

Id-diżappunt ta’ Piastri kiber aktar meta ngħata penalitá tal-grid wara li qabeż il-limiti tal-binarji waqt l-isprint race ta’ nhar is-Sibt li għadda. Mingħajr dak l-iżball, huwa seta’ faċilment rebaħ din it-tiġrija.

U l-Awstraljan kien konxju wkoll li kieku x-xorti kienet fuq in-naħa tiegħu, seta’ tela’ fuq l-ogħla tarġa tal-podju. Għaldaqstant tilef ċans kbir li jirbaħ l-ewwel Grand Prix personali.

Fit-tielet post temm l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) segwit mill-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes), Max Verstappen u l-Ġermaniż Nico Hulkenberg (Haas).

Russell esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din ir-rebħa fejn faħħar l-istrateġija tat-team tiegħu fejn segwa mill-qrib it-taq­tiegħa bejn Verstappen u Norris sal-inċident biex iggwidah lejn ir-rebħa.

Klassifika ġenerali: 237 – Max Verstappen; 156 – Landro Norris; 150 – Charles Leclerc; 135 – Carlos Sainz; 118 – Sergio Perez; 112 – Oscar Piastri; 111 – George Russell; 85 –  Lewis Hamilton; 41 – Fernando Alonso; 19 – Yuki Tsunoda; 17 – Lance Stroll.

Ekonomija

Sport