Wednesday, October 28, 2026
Home Sport Serie A: Inter fil-quċċata permezz ta’ żewġ auto-goals

Serie A: Inter fil-quċċata permezz ta’ żewġ auto-goals

0
52

Inter kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva tagħhom fil-kompetizzjonijiet kollha meta għelbu lil Venezia 2-0 barra minn darhom, biex reġgħu telgħu fil-quċċata tas-Serie A.

Minkejja li Inter kienu favoriti, Venezia ħolqu diversi okkażjonijiet fl-ewwel taqsima, iżda fallew milli jiskorjaw. Lion Lauberbach saħansitra sab ix-xibka, iżda l-goal tiegħu ġie annullat minħabba offside.

Inter fetħu l-iskor fit-tieni taqsima meta cross ta’ Marcus Thuram spiċċa fix-xibka wara li Matias Moreno (79) kkommetta auto-goal sfortunat. 

Tliet minuta wara, Inter irdoppjaw meta d-daqqa ta’ ras ta’ Carlos Augusto ħabtet ma’ Akor Adams għal auto-goal ieħor. 

Għal Venezia din kienet id-disa’ telfa fl-aħħar 10 partiti kompetittivi u għaldaqastant baqgħu fit-tielet post mill-aħħar. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here