Thursday, October 29, 2026
Home Sport Serie A: Napoli jirritornaw għar-rebħ

Serie A: Napoli jirritornaw għar-rebħ

0
52

Napoli rrritornaw għar-rebħa meta barra minn darhom għelbu lil Monza bl-iskor ta’ 4-1 u temmew sensiela ta’ erba’ partiti mingħajr rebħa. 

Rasmus Hojlund (10) fetaħ l-iskor, iżda Gustavo Varela (43) kiseb id-draw għal Monza qabel il-mistrieħ. Fit-tieni taqsima, Matteo Politano (48) reġa’ poġġa lil Napoli fil-vantaġġ, qabel Rafa Marin (62) kabbar il-vantaġġ minn azzjoni ta’ corner. 

 Kevin De Bruyne, li daħal bħala sostitut, issiġilla r-rebħa ħames minuti wara. 

B’din ir-rebħa, issa Napoli daħlu fiż-żona Ewropea peró jinsabu 11-il punt taħt il-ko-leaders Inter u Lazio. 

Dan ir-riżultat reġa’ poġġa lil Napoli fost il-kontendenti għall-kwalifikazzjoni Ewropea, iżda għadhom 11-il punt taħt il-leaders Inter Milan u Lazio filwaqt li Lazio jinsabu żewġ punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here