Thursday, October 29, 2026
Home Sport Serie A: Juventus megħluba minn Genoa

Serie A: Juventus megħluba minn Genoa

0
57

Genoa kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva f’darhom fil-kompetizzjonijiet kollha meta għelbu lil Juventus 2-0 fi Stadio Luigi Ferraris. 

Kingsley Ehizibue fetaħ l-iskor fit-12-il minuta, filwaqt li Tommaso Baldanzi rdoppja l-vantaġġ ftit qabel in-nofs siegħa logħob, biż-żewġ goals jaslu wara devjazzjonijiet. 

Juventus ippruvaw jagħmlu reazzjoni fit-tieni taqsima, iżda fallew diversi opportunitajiet, fosthom daqqa ta’ ras ta’ Gleison Bremer li għaddiet ftit minn fuq il-lasta. 

B’din ir-rebħa, Genoa fetħu distakk ta’ ħames punti miż-żona tar-relegazzjoni filwaqt li Juventus niżlu fit-tmien post, u żdiedet il-pressjoni fuq Luciano Spalletti li jista’ jitkeċċa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here