Thursday, October 29, 2026
Home Sport League Cup: Il-holders Manchester City jikkwalifikaw għall-kwarti-finali bl-għoti tal-penalties

League Cup: Il-holders Manchester City jikkwalifikaw għall-kwarti-finali bl-għoti tal-penalties

0
50

Manchester City għaddew għall-kwarti tal-finali tal-League Cup wara li għelbu lil Brighton bl-għoti tal-penalties, wara draw ta’ 2-2. 

Il-goalkeeper, Geronimo Rulli, kien l-eroj tas-City meta salva ż-żewġ penalties deċiżivi ta’ Yasin Ayari u Lewis Dunk.

Brighton fetħu l-iskor permezz ta’ Malick Yalcouye (30), iżda Mateo Kovacic kiseb id-draw għas-City ħames minuti qabel il-mistrieħ. 

Georginio Rutter  reġa’ poġġa lil Brighton fil-vantaġġ fil-bidu tat-tieni taqsima, iżda Vitor Reis (72) għamel l-iskor indaqs minn free-kick ta’ Rayan Cherki. 

Mats Wieffer laqat il-lasta għal Brighton, iżda City issiġillaw il-kwalifikazzjoni u issa se jiltaqgħu kontra Bradford City.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here