Saturday, August 22, 2026
Home Sport F1: Lando Norris fil-pole position tal-GP tal-Olanda

F1: Lando Norris fil-pole position tal-GP tal-Olanda

0
45

Lando Norris kiseb il-pole position għall-Grand Prix tal-Olanda meta għeleb lil George Russell tal-Mercedes b’0.102 sekondi f’sessjoni ta’ kwalifikazzjoni mimlija tensjoni minħabba x-xita. 

Huwa rreġistra ħin ta’ minuta u 11.163 sekondi

Is-sewwieqa bdew iħaffu biex itemmu l-aħħar dawriet tagħhom minħabba li kienet antiċipata xita qawwija meta bdiet tagħmel l-irxix. 

Kimi Antonelli kien għal ftit fil-quċċata tal-klassifika qabel ma Norris reġa’ ħa l-ewwel post, filwaqt li Oscar Piastri spiċċa fir-raba’ post. 

Lewis Hamilton tal-Ferrari kkwalifika fil-ħames post, quddiem Charles Leclerc, filwaqt li Max Verstappen kiseb is-seba’ post fl-aħħar Grand Prix tiegħu, f’pajjiżu.

F

L-ewwel seba’ pożizzjonijiet

1. Lando Norris (McLaren) 1:11.163

2. George Russell (Mercedes)

3. Kimi AntonellI (Mercedes) 

4. Oscar Piastri (McLaren) 

5. Lewis Hamilton (Ferrari) 

6. Charles Leclerc (Ferrari) 

7. Max Verstappen (Red Bull) 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here