Monday, May 13, 2024

F1: Lando Norris jirbaħ l-ewwel Grand Prix tiegħu

Aqra wkoll

Lando Norris tal-McLaren għeleb lil Max Verstappen tar-Red Bull bl-għajnuna tas-safety car biex kiseb l-ewwel rebħa tiegħu tal-Formula 1 fil-Grand Prix ta’ Miami.

Norris qabeż fuq quddiem għax seta’ jagħmel il-pit stop tiegħu meta s-safety car ġiet skjerata f’madwar nofs distanza filwaqt li oħrajn kienu diġà waqfu.

Verstappen ma setax iżomm il-pass ma’ Norris meta t-tiġrija reġgħet bdiet meta kien għad fadal 27 dawra, u l-Brittaniku mar fuq  quddiem, filwaqt li ċ-champion tad-dinja kellu jikkuntenta bit-tieni post quddiem Charles Leclerc tal-Ferrari.

Minbarra ftit xorti u ħin, ir-rebħa ta’ Norris kienet ibbażata fuq pass ġenwin – kienet l-aktar karozza veloċi fit-triq it-tajba ladarba nħeles minn wara r-Red Bull ta’ Sergio Perez li kien qed jitħabtu meta l-Messikan għamel pit stop kmieni għat-tyrers fuq dawra 17.

Klassifika: 1. Max Verstappen (Red Bull) 136 pti; 2. Sergio Perez (Red Bull) 101; 3. Charles Lecerq (Ferrari) 98; 4. Carlos Sainz Jr (Ferrari) 85; 5. Lando Norris (McLaren) 83; 6. Oscar Piastri (McLaren) 41.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport