Saturday, December 21, 2024

F1: Lewis Hamilton jista’ ma jikkompetix aktar

Aqra wkoll

Il-kap tat-team tal-Mercedes Toto Wolff sostna li Lewis Hamilton jinsab ‘diżilluż’ bil-Formula Wieħed wara t-tmiem kontroversjali tal-Grand Prix ta’ Abu Dhabi u ma jista’ joffri l-ebda ċertezza li l-Britanniku li se jkompli jikkompeti.

Iċ-champion tad-dinja seba’ darbiet ġie mċaħħad mit-tmien titlu b’mod drammatiku wara li ddomina t-tellieqa tal-Ħadd, bissafety car  ippermettiet lil Max Verstappen jibdel tyres friski qabel ma fl-aħħar dawra ppermettiet lill-Olandiż jaqbeż lir-rival tiegħu u jispiċċa rebbieħ. 

Il-Mercedes ressqu protesta fejn sostnew li ma kinux kuntenti li l-ħames karozzi bejn Verstappen u Hamilton  tħallew jaqbżu s-safety car biex it-taqtiegħa spiċċat bejn Hamilton hekk kif deher li dan tal-aħħar kien se jirbaħ it-tmien titlu tiegħu. Iżda deċiżjoni kontroversjali tad-direttur tat-tiġrija “irregalat” ir-rebħa lil Verstappen. 

Ekonomija

Sport