Sunday, December 22, 2024

F1: Max Verstappen ikabbar il-vantaġġ fil-quċċata

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) għeleb l-elementi tax-xita biex rebaħ il-Grand Prix ta’ Monaco.  

Iċ-champion tad-dinja, li beda mill-pole position, qatt ma ħares lura biex irreġistra ħin ta’ 1:48:51.980.

B’din ir-rebħa huwa kabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika għal 39 punt fuq il-kollega tiegħu, il-Messikan Sergio Perez, li kellu ġurnata ħażin meta kien milqut mill-Britanniku George Russell (Mercedes) biex naqas li jikseb xi punti. 

It-tiġrija kienet purċissjoni għall-ewwel siegħa sakemm bdiet nieżla xita qawwija fejn it-timijiet kellhom jibdlu l-istrateġija tagħhom. 

Fit-tieni post temm l-Ispanjol Fernando Alonso (Austin Martin) segwit mill-Franċiż Esteban Ocon (Alpine), iż-żewġ Britanniċi tal-Mercedes, Lewis Hamilton u Russell u dak minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari). 

Klassifika (ta’ fuq): 144 – Max Verstappen; 105 – Sergio Perez; 93 – Fernando Alonso; 69 – Lewis Hamilton 

Ekonomija

Sport