Thursday, April 18, 2024

Ċertifikat lil 11-il kelb mill-aktar dixxiplinati f’Għawdex

Aqra wkoll

F’attività qasira minn Dog Trainer Pro Malta li saret nhar is-Sibt li għadda fl-ispazju miftuħ tal-bus terminus fir-Rabat, Għawdex, ingħataw ċertifikati lil 11-il sid ta’ klieb wara li temmew kors ta’ 12-il lezzjoni dwar kif il-klieb ikunu aktar dixxiplinati lejn sidhom. 

Din l-attività ġibdet l-attenzjoni ta’ dawk kollha li nzertaw kienu għaddejjin mill-inħawi u oħrajn li kienu qed jistennew il-karozzi tal-linja. Fost il-benefiċċji ta’ dan il-kors hemm li tiżdied aktar il-fiduċja ta’ bejn il-kelb u s-sid filwaqt li jkun hemm għarfien ta’ x’jista’ jsir f’dik li hija l-imġiba tagħhom.

Ekonomija

Sport