Thursday, December 26, 2024

F1: Max Verstappen itemm l-istaġun b’mod formidabbli

Aqra wkoll

Max Verstappen tar-Red Bull temm l-aktar staġun dominanti fl-istorja tal-Formula 1 bir-rebħ tal-Grand Prix ta’ Abu Dhabi, id-19-il waħda tiegħu fi 22 tiġrija.

Ir-rebħa komda, wara li warrab sfida qasira minn Charles Leclerc tal-Ferrari fid-dawra tal-ftuħ, tagħti lil Verstappen rata ta’ rebħ ta’ 86.4% fl-2023.

Sergio Perez tar-Red Bull ħa t-tieni fit-triq wara li Leclerc ħallieh jgħaddi fl-aħħar dawra f’tentattiv għalxejn li jassigura t-tieni post fil-kampjonat tal-kostrutturi għall-Ferrari kontra l-Mercedes, iżda tniżżel fir-raba’ post b’penalitá ta’ ħames sekondi.

Dan tella’ lil George Russell tal-Mercedes għat-tielet post u, b’Lewis Hamilton jassigura żewġ punti għad-disa’ post, dan kien biżżejjed biex iżomm lill-Mercedes fit-tieni post bi tliet punti.

L-istrateġija ta’ Leclerc kienet li jħalli lil Perez jgħaddi bit-tama li l-Messikan, b’tyres aktar friski, jista’ jibni biżżej­jed vantaġġ biex jiċħad il-penalitá tiegħu, imposta għal ħabta ma’ Lando Norris tal-McLaren.

Iżda Perez ma wassalx, u niżel biex jiġi kklassifikat 1.1 sekondi wara Russell.

Il-ftit konsolazzjoni għal Leclerc kienet li qabbad kemm lil Norris kif ukoll lil sieħbu Carlos Sainz biex ħadu l-ħames post fil-kampjonat tas-sewwieqa wara Verstappen, Perez, Hamilton u Fernando Alonso ta’ Aston Martin.

Norris kien il-ħames quddiem sieħbu Oscar Piastri, b’Alonso fis-seba’ post qabel Yuki Tsunoda ta’ Alpha Tauri, Hamilton u t-tieni Aston Martin ta’ Lance Stroll.

Kif Spiċċaw: 1. Max Verstappen (Red Bull) 575 pti; 2. Sergio Perez (Red Bull) 285; 3. Lewis Hamilton (Mercedes) 234; 4. Fernando Alonso (Aston Martin) 206; 5. Charles Leclerc (Ferrari) 206; 6. Lando Norris (McLaren) 205.

Kostrutturi: 1. Red Bull 860 pti; 2. Mercedes 409; 3. Ferrari 406; 4. McLaren 302; 5. Aston Martin 280; 6. Alpha

Ekonomija

Sport