Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull), kompla jiddomina u juri l-qawwa tiegħu fil-Formula Wieħed meta rebaħ il-Grand Prix tal-Brażil li sar fiċ-ċirkwit ta’ Interlagos. Huwa rreġistra ħin ta’ 1:26:07.136 u kien segwit mill-Brittaniku Lando Norris (McLaren) u l-Ispanjol Fernando Alonso (Aston Martin).
Ta’ min isemmi li s-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) ma bediex it-tiġrija minħabba li kkraxxja fil-barrikati fil-formation lap.