Monday, December 9, 2024

Serie A: Romelu Lukaku l-eroj ta’ Roma

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Roma kisbu tliet punti meta dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Lecce bl-iskor ta’ 2-1. 

Fl-ewwel ħames minuti, Romelu Lukaku falla pe­nalty għal Roma. Iżda huwa kien l-eroj meta skor­ja l-goal tar-rebħa fit-93 minuta wara li Sardar Azmoun (90) kiseb id-draw għall-Gial­lorossi … wara li Pontus Almqvist (72) fetaħ l-iskor għal Lecce.  

Verona v Monza – It-team modest ta’ Monza, mar jilgħab għand Verona u ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 3-1. 

Il-goals waslu minn doppjetta ta’ Lorenzo Colombo (41, 73) u Luca Caldirola (84) filwaqt li Michael Folorunsho (86) skorja l-goal ta’ konsolazzjoni għat-team ospitu. 

Cagliari v Genoa – Ca­gliari komplew bis-sensiela pożittiva meta għelbu lil Genoa 2-1, bl-iskorers ikunu Nicolas Viola (48) u Gabriele Zappa (69) filwaqt li Albert Gudmundsson (51) kiseb id-draw momentarju għall-viżitaturi. 

Milan v Udinese – Fil-partita li ntlagħbet tard is-Sibt filgħaxija, f’darhom Milan ġew sorpriża minn Udinese bl-iskor ta’ 1-0 biex ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu. 

L-uniku goal tal-partita wasal minn Roberto Pereyra (62 pen).

Ekonomija

Sport