Monday, December 23, 2024

F1: Max Verstappen jirbaħ il-GP tal-Ġappun

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull), rebaħ il-Grand Prix tal-Ġappun, segwit mill-kollega tiegħu, il-Messikan Sergio Perez.

Din kienet it-tielet rebħa tiegħu ta’ dan l-istaġun wara li saru erba’ tiġrijiet.

Ir-Red Bull kienu fi klassi għalihom hekk kif din it-tiġrija kienet iddominata mill-istrateġija tat-tyre.

L-Ispanjol, Carlos Sainz (Ferrari) għeleb lil sieħbu Charles Leclerc tard fit-tiġrija biex kiseb it-tielet post.

Din it-tiġrija kellha titwaqqaf meta ġiet innotata l-bandiera l-ħamra wara l-ewwel dawra meta Daniel Ricciardo (RB) daħal  fuq Alex Albon (Williams).

Ħadd ma weġġa’ iżda l-barrieri kellhom bżonn jissewwew u t-tiġrija twaqqfet għal 20 minuta.

Verstappen kien fil-vantaġġ tal-pole position fl-ewwel bidu u reġa’ għamel dan fit-tieni, u ħa l-kontroll immedjat tat-tiġrija fi triqtu lejn is-57 rebħa fil-karriera tiegħu u vantaġġ ta’ 13-il punt fil-kampjonat minkejja li rtira fl-Grand Prix, dak tal-Awstralja.

Ekonomija

Sport