Wednesday, December 25, 2024

F1: Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix ta’ Spanja

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż tal-Formula Wieħed, Max Verstappen (Red Bull), rebaħ il-Grand Prix ta’ Spanja, li sar fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja, meta f’taqtiegħa tensa u strateġika għeleb lill-Britanniku, Lando Norris (Mc­Laren) li beda mill-pole position.

Huwa rreġistra ħin ta’ 1:28:20.227.

B’hekk din kienet is-seba’ rebħa minn 10 tiġrijiet f’din is-sena għaċ-champion renjanti u l-leader tal-klassifika hekk kif kompla jkabbar il-vantaġġ fil-quċċata.

Wara li beda mit-tieni post, sat-tielet dawra l-Olan­diż qabeż fuq quddiem liema pożizzjoni żamm sat- tmiem.

Barra minn hekk, Norris ġie maqbuż ukoll mill-Britanniku George Russell (Mercedes) li baqa’ mwaħħal warajh sal-15-il dawra.

Dan ħalla lil Norris wisq x’jagħmel u Verstappen seta’ jkejjel il-pass tiegħu biex jikkontrolla lis-sewwieq tal-McLaren warajh.

Min-naħa tal-Britanniku, Lewis Hamilton, kiseb l-ewwel podju tas-sena għall-Mercedes meta spiċċa fit-tielet post qabel Russell li kien segwit miż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari, Charles Leclerc ta’ Monaco u l-Ispanjo Carlos Sainz. 

Il-klassifika ġenerali hija: 219 – Max Verstappen; 150 Lando Norris; 148 – Charles Leclerc; 116 – Carlos Sainz; 111 – Sergio Perez; 87- Oscar Piastri, 81 – George Russell; 70 – Lewis Hamilton.

Il-klassifika tal-kostrutturi hija: 330 – Red Bull; 270 – Ferrari; 237 – McLaren; 151 – Mercedes; 58 – Austin Martin; 28 – RB; 8 – Alpine; 7- Haas; 2 – Williams.

Ekonomija

Sport