Saturday, May 18, 2024

F1: Red Bull jingħataw multa kif ukoll penalitá sportiva ta’ 10% fuq ir-riċerka aerodinamika

Aqra wkoll

It-team tar-Red Bull ġie mmultat $7 miljuni u tnaqqis ta’ 10% fir-riċerka aerodinamika għall-ksur tal-limitu tal-baġit tal-Formula Wieħed.

Il-korp governattiv, l-FIA, qalet li r-Red Bull nefqu żżejjed b’$2.5 miljun, fl-2021.

Il-piena finanzjarja ma tinkludix it-tnqqis fil-baġit tas-sena d-dieħla li huwa dak ta’ $135 miljun.

It-tnaqqis ta’ 10% jirrigwardja l-użu tal- wind tunnel jew

id-dinamika tal-fluwidu komputazzjonali biex tiġi ddisinjata l-karozza tagħhom.

“Ingħatajna penalitá finanzjarja u sportiva sinifikanti – $7m huma ammont enormi ta’ flus … u l-agħar hija l-penali sportiva, li hija tnaqqis ta’ 10% fil-kapaċità tagħna li nużaw il-wind tunnel u l-għodod aerodinamiċi tagħna,” qal il-kap tar-Red Bull, Christian Horner.

“Dan huwa ammont enormi. Dan jirrappreżenta bejn 0.25secs u 0.5secs ta’ ħin fuq dawra waħda. Dan se jibda minn issa u se jkun fis-seħħ għal perjodu ta’ 12-il xahar u se jkollu impatt fuq l-iżvilupp tal-karozza tagħna tal-2023.”

Il-penalitá tiġi wara li r-Red Bull irrikonoxxew li kellhom kisru r-regoli.

“Għaliex aċċettajna? Ħassejna li kien fl-interess ta’ kulħadd li nagħlqu l-ktieb. Aħna naċċettaw il-penalitajiet – bi tbatija, iżda naċċettawhom,” żied jgħid Horner.

Sport