Monday, May 13, 2024

FA Cup: Ħames goals minn Haaland għal Man City fir-rebħa kbira fuq Luton

Aqra wkoll

Il-holders Manchester City ikkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-FA Cup meta marru għand Luton Town u rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 6-2 bil-protagonista jkun Erling Haaland li skorja xejn inqas minn ħames goals. 

L-ewwel erba’ goals ta’ Haaland waslu fit-3, 18, 40 u 55 minuti li kollha ġew minn assists ta’ Kevin De Bruyne.

Il-ħames goal ġie minn Haaland ukoll fit-58 minuta assistit minn Bernardo Silva u l-aħħar wieħed minn Mateo Kovacic fit-72 minuta assistit minn John Stones.

Iż-żewġ goals ta’ Luton ġew skorjati minn Jordan Clark fil-45 u fit-52 minuti.

*Newcastle għelbu lil Blackburn 4-3 bil-penalties wara li l-logħba ntemmet fi draw ta’ 1-1 anke wara li ngħata l-ħin barrani.

L-eroj tagħhom kien il-goalkeeper, Martin Dubravka, li mbotta l-penalty ta’ Dominic Hyam mal-lasta wara li salva wkoll fuq Sammie Szmodics, li fid-79 minuta kien kiseb id-draw. Fil-71 minuta Anthony Gordon kien fetaħ l-iskor għall-United.

*Il-leaders taċ-Championship, Leicester City, marru għand Bournemouth tal-Premier League u għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0 b’goal stupend fil-105 minuta minn Abdul Fatawu.

Sport