Liverpool u Wolves se jerġgħu jkollhom jiltaqgħu hekk kif fit-tielet round tal-FA Cup temmew fi draw ta’ 2-2.
Kienu Wolves li fetħu l-iskor meta Goncalo Guedes (26) approfitta minn żball kbir tal-goalkeeper, Alisson Becker, li xeħet il-ballun f’saqajn il-player ta’ Wolves meta kien mingħajr pressjoni.
Iżda eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, ir-Reds kisbu d-draw minn Darwin Nunez.
Seba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Mohamed Salah xeħet lil Liverpool fil-vantaġġ iżda Hee-Chan Hwang (66) għamel l-iskor indaqs għall-viżitaturi.
Fit-82 minuta, inħolqot id-drama meta Wolves skorjaw permezz ta’ Toti iżda l-goal ġie mħassar għal pożizzjoni dubjuża ta’ offside ta’ Matheus Nunes.