Thursday, April 18, 2024

Serie A: Inter ifallu żewġ punti importanti

Aqra wkoll

Inter fallew żewġ punti importanti fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għall-UEFA Champions League meta marru għand Monza u ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2. 

In-Nerazurri fetħu l-iskor minn Matteo Darmian (10) li kkonkluda mill-cross ta’ Alessandro Bastoni. 

Iżda minuti wara Monza kisbu d-draw minn Patrick Ciurria li skorja l-ewwel goal tiegħu fl-ogħla diviżjoni Taljana. 

Madankollu, Inter reġgħu ħadu l-vantaġġ fit-22 minuta meta Lautaro Martinez seraq il-ballun lid-difensur Pablo Mari u xeħet fix-xibka. 

Ta’ min isemmi li din kienet l-ewwel logħba ta’ Mari mindu ġie attakkat f’kumpless tax-xiri waqt li kien mal-familja tiegħu, fis-27 ta’ Ottubru li għadda. 

F’nofs it-tieni taqsima, Inter kellhom goal leġittimu mħassar meta Francesco Acerbi xeħet fix-xibka iżda r-referee saffar għal foul kontra Roberto Gagliardini u favur Monza. 

Ir-replays tal-VAR indikaw li kienu żewġ players ta’ Monza li daħlu f’xulxin filwaqt li Roberto Gagliardini ma kuntatt ma ħadd. Iżda ladarba r-referee saffar biex il-logħob jitkompla, il-VAR ma setgħetx tindaħal.

Meta Inter kienu qed jidhru li kienu se jieħdu t-tliet punti, fit-93 minuta, Monza salvaw ir-riżultat minn Luca Caldirola li kien fit-team tal-Primavera ta’ Inter. 

Ekonomija

Sport