Manchester City ibbukkjaw posthom fil-ħames round tal-FA Cup meta f’darhom għelbu lil Arsenal bl-iskor ta’ 1-0.
Kien Nathan Ake li skorja l-uniku goal tal-logħba biex kien l-eroj tas-Citizens b’koklużjoni preċiża wara s-siegħa logħob.
Il-coach, Pep Guardiola, għamel bidla waħda fejn il-goalkeepr Stefan Ortega ħa post Ederson bejn il-last. Iżda min-naħa ta’ Arsenal, il-coach Mikel Arteta għamel sitt bidliet mir-rebħa ta’ 3-2 fuq Manchester United fi tmiem il-ġimgħa li għadda.
Madankollu l-Gunners kienu sfida denja fejn qasmu l-logħob għal bosta ħinijiet mat-team ospitu.