Friday, November 22, 2024

FA Cup: Manchester City l-ewwel finalisti

Aqra wkoll

Manchester City saru l-ewwel finalisti tal-FA Cup meta fis-semi-finali, li ntlagħbet f’Wembley Stadium, għelbu lit-team taċ-Championship, Sheffield United, bl-iskor ta’ 3-0.

B’din ir-rebħa huma żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jirbħu t-Treble, li tikkonsisti fil-UEFA Champions League, fil-Premier League Ingliż u proprju fl-FA Cup. 

Il-coach, Pep Guardiola, għażel li jserraħ bosta players minħabba li nhar l-Erbgħa li ġej huma jilqgħu lil Arsenal f’dik li hija meqjusa bħala “finali” għal min jirbaħ il-kampjonat. 

Minkejja li ma kienux fl-aħjar tagħhom, is-Citizens xorta waħda kienu aħjar mill-avversarji bil-protagonista jkun l-attakkant Alġerin, Riyad Mahrez, li skorja hat-trick, bl-ewwel goal jasal fl-ewwel taqsima minn penalty, fit-43 minuta, wara li twaqqa’ Bernardo Silva fil-kaxxa, bit-tnejn l-oħra jaslu wara l-mistrieħ, fil-61 u fis-66 minuta.  

Sport