Saturday, May 4, 2024

Festa Piroteknika fin-Nadur Għawdex is-Sibt li ġej

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt 29 t’April ser ikun qiegħed jirritorna l-festival internazzjonali tan-nar fil-gżira Għawdxija, proprju fil-lokalità tan-Nadur.

Għal din il-festa piroteknika mistennija jipparteċipaw 12-il grupp tan-nar Għawdxija li huma: Għaqda Żgħażagħ La Stella, Għaqda tan-Nar San Ġorġ Martri, Vampa Organisations, Għaqda Festa Għajn Tuta ta’ Kerċem, Kumitat Festa tal-Madonna tal-Grazzja, Għaqda Piroteknika 10 ta’ Diċembru, Għaqda tan-Nar Kerċem, Għaqda tan-Nar 20 ta’ Lulju, Soċjetà Filarmonika Leone, Kumitat San Ġużepp Qala, Għaqda tan-Nar 29 ta’ Ġunju, u 15th August Fireworks Factory.

Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fil-preżenza taċ-Ċhairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif dan il-festival internazzjonali jkompli jsaħħaħ l-kompetittività ta’ pajjiżna fid-dinja turistika. “Dan il-festival internazzjonali huwa konferma ta’ kemm pajjiżna qiegħed ikompli jippreserva l-wirt tradizzjonali ta’ dak li jagħmilna Maltin kif ukoll Għawdxin. Rajna kif minn dan il-festival tgawdi kull rokna tal-pajjiż u ċertament Għawdex mhux ser tkun eċċezzjoni,” kompla jgħid il-Ministru Bartolo.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li, “Bħala gvern kontinwament naħdmu sabiex Għawdex jibqa’ jkun l-għażla ta’ bosta matul is-sena kollha. Il-Fireworks Festival li din is-sena se jsir in-Nadur huwa fil-fatt wieħed mill-avvenimenti ta’ spettaklu li jattira ħafna nies lejn il-gżira Għawdxija.” Huwa temm jgħid li jħares ’il quddiem għal aktar ħidma fis-settur turistiku u sabiex aktar viżitaturi jagħżlu lil Għawdex bħala d-destinazzjoni tagħhom.

Sport