Sunday, December 22, 2024

FA Cup Replays: Rebħa diffiċli għal Nottingham Forest għand Blackpool

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni prog­ramm tar-replays tat-tielet round tal-FA Cup, Nottingham Forest kellhom jitħabtu biex għelbu lit-team taċ-Championship, Black­pool bl-iskor ta’ 3-2, liema partita kellha tiġi deċiża fil-ħin barrani. 

Il-Forest dehru resqin lejn rebħa komda meta fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Andrew Omobamidele (16) u Danilo Oliveira (46). 

Iżda s-Seasiders għamlu rimonta u kisbu d-draw permezz ta’ Albie Morgan (61) u Kyle Joseph (78) li sforzaw il-ħin barrani. 

Fit-tmien minuta, Blackpool kienu għoddhom skorjaw meta x-xutt ta’ Karamoko Dembele ġie salvat minn Orel Mangala minn fuq il-linja fatali wara li dar mal-goalkeeper Odysseas Vlachodimos.

Madankollu żewġ minuti wara, kien Chris Wood li qata’ l-passaġġ għar-raba’ round lit-team immexxi mill-manager Nuno Espirito Santo. 

*F’partita bilanċjata, Everton għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 1-0. 

Din il-partita ntlagħbet jumejn wara li Everton ġew akkużati li reġgħu kisru r-re­goli tal-Financial Fair Play u jistgħu jitnaqqsulhom aktar punti wara l-10 li diġá tnaq­qsulhom.  

L-uniku goal tal-partita wasal fit-42 minuta minn Andre Gomes li skorja minn ġmiel ta’ free-kick minn 25 metru bogħod.  

*Il-partita bejn żewġ timijiet miċ-Championship, Norwich City marru għand Bristol City u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jalsu minn Gabriel Sara (53), Adam Idah (59 pen) u Kenny McLean (87) wara li Luke McCormick (20) fetaħ l-iskor għar-Robins.

Il-poloz tar-raba’ round ri­veduti huma:

Watford v Southampton

Blackburn v Wrexham

Bournemouth v Swansea

WBA v Wolves

Bristol C. v Nottm F.

Leicester v Birmingham

Sheffield W. v Coventry C.

Chelsea v Aston Villa

Ipswich v Maidstone U.

Liverpool v Norwich

Tottenham v Man City

Leeds U. v Plymouth

Everton v Luton T.

Newport v Man. U.

Sheffield U. v Brighton

Fulham v Newcastle

(Jintlagħbu fi tmiem il-ġimgħa tas-Sibt, 27 ta’ Jannar).

Ekonomija

Sport