Minn Cristian Muscat
Birkirkara…………….4
Nadur Y…………….…..0
Birkirkara xejn ma tħabtu biex kisbu l-passaġġ għar-round tas-16 meta għelbu lill-Għawdxin ta’ Nadur Youngsters bl-iskor kbir ta’ 4-0, f’partita li huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem.
L-Istripes fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fil-11-il minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ OSVALDO IORIO li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Youngsters, Steve Sultana, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.
Huma komplew fuq l-offensiva u fit-38 minuta, Yannick Yankam ittanta xortih permezz ta’ xutt minn distanza ta’ madwar 30 metru li ħareġ l-aħjar ta’ Steve Sultana li dawwar tajjeb f’corner.
Mill-corner li rriżulta, Simon Zibo, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tiġi salvata bi bravura mill-istess Steve Sultana.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Istripes u fil-41 minuta rduppjaw l-iskor permezz ta’ YANNICK YANKAM li kellu x-xutt tiegħu kważi minn fuq il-penalty spot jintemm ġewwa.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara, komplew bl-istess ritmu tal-ewwel waħda u fit-48 minuta Enzo Daniel Cabrera kellu xutt angulat li stampa mal-wieqfa.
Fil-50 minuta huma skorjaw it-tielet goal meta Kurt Zammit għadda tajjeb lejn ALEX DA PAIXAO ALVES li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.
Disa’ minuti wara huma kienu għoddhom skorjaw ir-raba’ goal meta Simon Zibo kellu xutt mill-viċin li ħabat mal-wieqfa, biex mir-rebound, Yannick Yankam kellu tentattiv tiegħu salvat minn fuq il-linja fatali minn difensur ta’ Nadur.
Iżda r-raba’ goal għalihom kellu jasal fis-67 minuta permezz ta’ xutt sabiħ minn ġol-kaxxa ta’ KEVIN TULIMIERI.
Birkirkara komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.
Birkirkara: 19-Amara Sylla, 2-Osvaldo Iorio (6-Diego Pires Dall’Oca 61), 5-Enrico Pepe (4-Adam Camilleri 69), 7-Alex da Paixao Alves (92-Kevin Tulimieri 61), 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong, 11-Kurt Zammit, 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera (9-Jed Valletta 76), 42-Simon Zibo (25-Neil Micallef 61), 72-Alessandro Coppola Coach: Giovanni Tedescso
Nadur Y. 1-Steve Sultana, 2-Lucas Barreto Da Silva, 3-Manwel Tabone, 4-Ian Xuereb, 6-Joseph Mario Vella (8-Michael Paul Camilleri 80), 9-Marcelo Barbosa, 10-Stefan Cassar (17-Gabriel Farrugia 68), 13-Gennaro Hili, 23-Gustavo Ferreira (24-Gianluca Muscat 68), 27-Igor Nedeljkovic, 29-Predrag Dordevic Coach: Mark Buttigieg
Referee: Trustin Farrugia Cann
Ass. Referees: Luke Portelli, Max-Lee Muscat
Raba’ Uffiċjal: Ezekiel Barbara
Skorers: O. Iorio 11, Y. Yankam 41, A. Da Paixao Alves 50, K. Tulimieri 67 (B)
Ammoniti: A. Camilleri (B)