Wednesday, April 24, 2024

Premier Ingliż: Il-United jirbħu d-derby ta’ Manchester fost kontroversja kbira

Aqra wkoll

Manchester United dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Manchester City bl-iskor ta’ 2-1 biex saħħew it-tielet pożizzjoni u telgħu punt biss taħt l-istess City.

Iżda l-kontroversja ma naqsitx hekk kif il-United kisbu d-draw minn pożizzjoni ferm dubjuża ta’ offside minn Marcus Rashford.

Kien Jack Grealish (60) li fetaħ l-iskor għas-City iżda Bruno Fernandes (78) kiseb id-draw għall-United fost protesti qawwija mill-kamp tas-City meta Rashford kien f’pożizzjoni ta’ offside u minkejja li ma messx il-ballun kien qed jinterferixxi fl-azzjoni meta nganna biż-żewġ difensuri Nathan Ake u Manuel Akanji bil-ballun jasal għand Fernandes li kkonkluda.

Kien l-assistent referee li għolla l-bandiera biex jindika li Rashford kien f’pożizzjoni ta’ offside. Iżda r-referee ried verifika mill-VAR biex jikkonferma d-deċiżjoni tal-assistent referee. Peró … il-VAR ikkonvalida l-goal!!!

Erba’ minuti wara , kien l-istess Rashford li skorja l-goal tar-rebħa.

Sport