Tuesday, November 19, 2024

FA Trophy: Faċli għal Valletta kontra Zabbar SP

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Valletta……………5

Zabbar SP……….1

Valletta xejn ma tħabtu biex kisbu l-passaġġ għar-round tas-16 meta għelbu lil Zabbar St Patrick bl-iskor kbir ta’ 5-1.

Kienu Zabbar li fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fil-ħames minuta meta DAVID SOUZA OLIVEIRA għola tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.

Valletta kisbu d-draw fl-20 minuta, meta xutt fil-baxx ta’ Andrea Zammit ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper Żabbari Liam Lagana, u pront kien KILIAN BEVIS li minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun fix-xibka.

Il-Beltin qalbu l-iskor favurihom fit-42 minuta meta Shaun Dimech għadda tajjeb lejn id-debuttant FEDERICO FALCONE li xxamplat tefa’ ġewwa.

Valletta għamluhom tlieta fis-46 minuta meta Kilian Bevis xeħet cross lejn iż-żagħżugħ  SHAUN DIMECH li minn qagħda ideali tefa’ l-ballun wara Lagana.

Fit-58 minuta Valletta komplew ikabbru l-marġni tal-iskor meta ANDREA ZAMMIT temm azzjoni personali permezz ta’ xutt li ntemm fir-rokna tax-xibka.

Il-Beltin għamluhom ħamsa fis-67 minuta meta reġa’ kien ANDREA ZAMMIT li venven xutt minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Lagana.

Fid-89 minuta xutt sabiħ tas-sostitut Zak Barbara dejjem għall-Beltin ġie mdawwar f’corner bi bravura mimm Lagana.

Valletta: 99-Cain Formosa, 5-Ryan Camilleri, 8-Triston Caruana (22-Brandon Paiber 70), 10-Shaun Dimech, 9-Andrea Zammit (80-Joseph Willy 77), 18-Enmy Manuel Pena Beltre (6-Sheldon Mackay 66), 20-Federico Falcone (19-Zak Barbara 66), 21-Bradley Kamdem, 28-Jean Marie Nnomo, 24-Rowen Muscat, 93-Kilian Bevis (30-Llywelyn Cremona 66) Coach: Thane Micallef

Zabbar SP: 1-Liam Lagana, 2-Timmy Tabone Desira, 4-Carl Magro, 6-Miguel Attard (66-Kyle Tanti 26), 9-David Souza Oliveira, 10-Shalon Diacono, 11-Andre Joe Cutajar (14-Tristan Duncan 81), 16-Samuel Buhagiar (24-Clayton Camilleri 81), 18-Nick Borg (22-Christopher Ebiye 70), 29-Dion Fava, 70-Brendan Scerri (99-Alejandro Brincat 81) Coach: Mark Miller

Referee: Emanuel Grech

Ass. Referees: Thomas Debono, Joseph Scerri

Raba’ Uffiċjal: Andrea Naudi

Skorers:K. Bevis 19, F. Falcone 43, S. Dimech 46, A. Zammit 58, 67 (V), D. Oliveira Souza 5 (Z)

Ammoniti: A. Zammit (V)

Sport