Wednesday, April 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tal-11:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Pompej fir-Rabat Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 62 sena u joqgħod ir-Rabat, Għawdex, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Yamaha, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport