Il-maġija tal-Milied f’serata mużikali ma’ Lyndsay Pace

Aqra wkoll

Lyndsay Pace se tkun qed tagħti kunċert akustiku speċjali f’Offbeat, Valletta nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru b’serata ddedikata lill-mużika u l-atmosfera tal-Milied.

L-artista Maltija, li tul il-karriera tagħha kisbet diversi premjijiet u nominazzjonijiet, fosthom l-aħħar premju ta’ Best Pop Music Award, se toffri kunċert intimu b’għażla ta’ kanzunetti festivi u melodiji li jwasslu l-ispirtu ta’ dan iż-żmien tas-sena.

“Ma nistax niddeskrivi kemm qed inħossni eċċitata waqt li qed nippjana l-ewwel kunċert tiegħi tal-Milied!” Tghid Lyndsay. “Din hija esperjenza ġdida għalija u qed nieħu gost immens naħdem fuq kull dettall biex inħejji serata speċjali mimlija mużika, emozzjonijiet u l-maġija tal-Milied. Inhossni herqana hafna biex naqsam magħkom din l-esperjenza!”

Dawk interessati jistgħu jirriżervaw post permezz tal-link tal-biljetti hawnekk https://offbeatmusicbar.com jew billi jibagħtu messaġġ fuq il-midja soċjali ta’ Offbeat.

Serata akustika li twiegħed mużika, atmosfera intima u ftit maġija tal-Milied.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport