Sunday, December 22, 2024

FA Trophy: Floriana mal-Aħħar 16 b’rebħa fuq Naxxar Lions

Aqra wkoll

Floriana ………..2

Naxxar Lions …0

Wara t-telfa minima ta’ 1-0 kontra Hamrun Spartans fil-Kampjonat BOV Premier, Floriana rritornaw għar-rebħ meta għelbu lilNaxxar Lions bl-iskor ta’ 2-0 biex qatgħu l-passaġġ tagħhom mal-Aħħar 16 tal-Izibet FA Trophy. 

Kient rebħa meritata għal Floriana li ħolqu l-aktar azzjonijiet denji iżda ta’ min ifaħħar il-wirja ta’ Naxxar Lions li offrew oppożizzjoni denja.

Kienu dawn tal-aħħar li ħolqu l-ewwel periklu fid-disa’ minuta meta l-Kolumbjan, Rendon Robinson Blandon, kellu x-xutt angolat fil-baxx jintemm ftit barra.Żewġ minuti biss wara free-kick mid-distanza ta’ William Marcilo da Silva għadda ftit barra.

Iżda, fl-24 minuta, kienu Floriana li fetħu l-iskor meta l-ewwel xutt ta’ Kemar Reid ġie mblukkat mid-difiża Nax­xarija u mir-rebound,  MATIAS NICOLAS GARCIA permezz ta’ xutt b’saħ­ħtu mid-distanza ma ta l-ebda lill-goalkeeper, Matthias De­bono, bil-ballun jintemm fis-saqaf tax-xibka.

Tliet minuti wara, xutt Garcia minn pożizzjoni ideali ġie salvat minn Debono. Minuta biss wara, José Ulises Arias għamel l-impossibbli, meta żmarkat għal kollox quddiem il-lasti xeħet barra biex Floriana naqsu milli jirduppjaw.

Fil-51 minuta, Floriana res­qu viċin meta wara kontrattakk veloċi,  Carlo Zammit Lonardelli kellu x-xutt b’saħħtu mblukkat f’corner mid-difiża ta’ Naxxar.

Fit-62 minuta, il-Greens reġgħu ħolqu l-periklu meta xutt mid-distanza ta’ Nicolas Garcia intemm għoli.

Huma komplew jippressaw u fl-74 minuta minn azzjoni ta’ corner, Matias Nicolas Garcia għadda tajjeb lejn Matheus De Sousa, li kellu t-tentattiv eleganti tiegħu bit- takkuna jintemm ftit barra.

Iżda proprju, fit-92 minuta, il-Furjaniżi ssiġillaw ir- rebħa meta f’kontrattakk ve­loċi, MATHEUS DE SOUSA, avvanza tajjeb u quddiem il-goalkeeper Naxxari xeħet fix-xibka.

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 8-Jose Ulises Arias (7-Mattia Veselji 79), 9-Kemar Reid (22-Ky­rian Nwoko 83), 11-Matheus De Sousa, 12-Dunstan Vella (77-Aleandro Garzia 46), 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 42-Maksim Vakadzko, 55-Alexandros Kouro   – Coach: Mauro Camoranesi

NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 7-Mark Fenech (8-Neil Pace Cocks 85), 10-Edson Farias Cerqueira (11-Daren Falzon 83), 15-Ryan Gilmour Cassar, 16-Rendon Robinson Blandon, 17-Takuma Yamaguchi, 20-Elizeu Espirito Santo Da Conceicao (9-Pablo Augusto Servo De Carvalho 46), 22-William Marcilio Moraeira Da Silva, 23-Maicon De Souza Da Silva, 33-Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: George Vella

REFEREE: Matthew Degabriele

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Mitchell Scerri

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORERS: M. N. Garcia 24, M. De Sousa 92 (F) 

AMMONITI: E. Farias Cerqueira, W. M. Moreira Da Silva (NL), J. Ulises Arias, M. De Sousa (F)

Ekonomija

Sport