Sunday, November 10, 2024

FA Trophy: Gzira United jegħlbu lil Sliema Wanderers b’goal f’kull taqsima

Aqra wkoll

Gzira U.……………2

Sliema W…………0

Gzira United kisbu l-passaġġ għal mal-aħħar 16 meta għelbu lill-ġirien Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqsima.

Il-Maroons fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fis-sitt minuta meta wara li rċieva minn cross mix-xellug, JEFFERSON DE ASSIS kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa, b’dan ikun l-għaxar goal tiegħu matul dan l-istaġun.

Il-Wanderers wieġbu fl-14-il minuta meta Mohamed Abdulahi Awad kellu xutt mid-distanza li kważi qarraq għal kollox bil-goalkeeper Kroat ta’ Gzira, Darijan Zarkov, li b’xi mod dawwar f’corner.

Huma komplew jippressaw u fis-27 minuta Jean Carlos Cloth Goncalves kellu xutt sabiħ li ġie salvat minn mal-art minn Zarkov.

Fis-57 minuta, iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu bi player inqas bil-captain Mark Scerri jitkeċċa għall-Wanderers, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita, waqt li Maxuell Maia tkeċċa għall-Maroons permezz ta’ karta ħamra diretta.

Fit-63 minuta, Gzira rebħu penalty meta s-sostitut Luke Anthony Micallef li kien ilu biss żewġ minuti fil-ground, waqqa’ lil Jackson Mendoza fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu GABRIEL BOHRER MENTZ li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Il-Maroons komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 7-Steve Pisani (6-Nikolai Muscat 78), 8-Zack Scerri (4-Andrew Borg 90), 9-Marcelo Dias, 22-Toni Kolega, 44-Marko Cosic, 91-Maxuell Maia, 94-Jefferson De Assis (47-Brookyln Borg 90), 98-Jackson Mendoza (16-Luis Carlos Riascos 62) Coach: Darren Abdilla

Sliema W.: 22-Rashed Al Tumi, 5-James Vella (6-Gabriel Aquilina 61), 7-Jake Engerer (70-Lydon Micallef 82), 8-Mark Scerri, 10-Jean Carlos Cloth Goncalves (2-Luke Anthony Micallef 61), 18-Edmond Agius, 21-Neil Frendo, 31-Henrique Murilo Freire Bernardo, 33-Geoffrey Edwin Achemapong, 61-Myles Beerman, 88-Mohamed Abdulahi Awad (9-Omar Elouni 88) Coach: Paul Zammit

Referee: Matthew De Gabriele

Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Vasil Vasilev

Raba’ Uffiċjal: Etienne Mangion

Skorers: J. De Assis 6, G. Bohrer Mentz pen. 63 (G)

Tkeċċew: M. Scerri 57 (S), M. Maia 57 (G)

Ammoniti: M. Scerri (2), J. C. Cloth Goncalves (S), M. Maia, G. Bohrer Mentz, L. Tabone (G)

Sport