Sunday, November 24, 2024

FA Trophy: Sliema W. mal-aħħar erbgħa bl-għoti tal-penalties

Aqra wkoll

Mosta …….….2

Sliema W. …..2

(Sliema W. 4-3 bil-penalties)

Sliema Wanderers ikkwalifikaw għas-semi-finali tal-Izibet FA Trophy meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 4-3 bl-għoti tal-penalties wara li spiċċaw fi draw ta’ 2-2.

Mosta kellhom bidu perfett meta wara biss tliet minuti fetħu l-iskor minn ZACHARY BRINCAT meta ikkontrolla tajjeb qabel qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper, Rashed Al Tu­mi. 

Mosta kienu l-aħjar team u fis-36 minuta, Kevin Tulimieri, kellu free-kick salvat minn Al Tumi.

Fil-45 minuta, Jamie Scerri, kellu l-konklużjoni fil-baxx tiegħu tiġi salvata b’diffikultá mill-goalkeeper Slimiż.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Wanderers ħarġu fuq l-offensiva u fid-49 minuta, Myles Beerman, xeħet cross li sab lil Vito Plut li d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet tħakkek mal-wieqfa.

Il-Wanderers komplew fuq l-offensiva sakemm fit-78 minuta kisbu d-draw meta wara li rċieva minn cross ta’ Denis Koaou, LY­DON MICALLEF, kien fil-post it-taj­jeb u mill-viċin xeħet il-ballun fix-xibka.

Fil-ħin miżjud, Sliema rebħu pe­nalty li minnu nkari­ga ruħu Joseph Minala li iż­da kellu x-xutt dgħajjef fil-baxx salva minn David Akpan.

U b’dan iċ-ċans mitluf, il-partita marret fil-ħin barrani.

Kien  fil-115-il minuta li s-Slimiżi marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ permezz ta’ LYDON MICALLEF li b’xutt fil-baxx minn pożizzjoni angolata tefa’ l-ballun fix-xibka biex irreġistra doppjetta.

Iżda d-drama ma ntemmitx hawn minħabba li tliet minuti wara Mosta għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ DAMIEN ANENI.

Bl-iskor ta’ 2-2, kellhom jingħataw il-penalties li minnhom Sliema Wanderers ittrijonfaw.

Mosta: 22-David Udoh Akpan, 3-Thomas Tegwi, 4-Gustavo Adolfo Chara Valois (6-Nathan Obidike 81), 5-Sasha Cachia, 8-Damian Aneni Evans, 10-Precious Linus Tenebe, 11-Christsian Ndubisi Nnaji (18-Armen Hovnahhnisyan 46), 20-Willie Britto, 27-Jamie Scerri (15-Owen Sammut 100), 77-Zachary Brincat (9-Henry Chidera Nwoga 81), 92-Kevin Tuli­mieri (21-Nathan Agius 69) – Coach: Joseph Grech

Sliema W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 6-Joseph Marie Minala, 9-Vito Plut (Jake Engerer 100), 11-Myles Beerman, 13-James Arthur (77-Mohamed Awad 46), 15-Gustavo Alcino, 18-Edmond Agius (21-Neil Frendo 75), 20-Denis Koaau, 31-Henrique Murilo (70-Lydon MIcallef 46), 33-Geoffrey Edwin Acheampong – Coach: Paul Zammit

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti: Mitchell Scerri, Vasil Vasilev

Raba’ Uff.: Emanuel Grech

Skorers: Z. Brincat 3, D. Aneni 118 (M), L. Micallef 78, 116 (SW)

Ammoniti: Z. Brincat, K. Tulimieri, L. P. Tenebe (M), T. Aquilina (SW)

Sport