Tuesday, April 23, 2024

Fabio Cannavaro lest li jmur ma’ Napoli anke bla flus

Aqra wkoll

L-eks difensur internazzjonali Taljan Fabio Cannavaro kien qed jitkellem waqt intervista ma’ radju minn Napli u l-kliem waqa’ fuq is-sitwazzjoni attwali tal-klabb min-naħa t’isfel tal-Italja.

Cannavaro qal li kien għalih imur jikkowċja lil Napoli anke bla flus minħabba li għandu tifkiriet sbieħ wisq tal-grawnd, il-partitarji u l-pjazza majestuża msejħa Piazza del Plebiscito. 

Cannavaro ammetta li dan l-istaġun kien wieħed diffiċli ferm fejn il-klabb biddel żewġ kowċis u issa jinsab bit-tielet wieħed. Hu awgura li t-tim jikkwalifika għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla tal-UEFA Champions League.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport