Sunday, December 22, 2024

Facebook se jintroduċi l-għażla li twaqqaf milli tara messaġġi politiċi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kap ta’ Facebook, Mark Zuckerberg, qal li l-utenti ta’ dan is-sit soċjali se jkunu jistgħu jitfu r-reklami politiċi li jkun hemm fuq dan is-sit fil-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet presidenzjali li se jsiru lejn l-aħħar ta’ din issena fl-Istati Uniti.

Fil-passat, Facebook kien irċieva kritika kbira talli kien ippermetta reklamar mingħand politiċi li allegatament kellhom informazzjoni falza. Twitter, li huwa
sit soċjali rival ta’ Facebook, kien neħħa r-reklamar politiku f’Ottubru li għadda.

Zuckerberg żied jgħid li jekk l-utenti jkunu mblukkaw il-messaġġi politiċi u dawn xorta waħda jibqgħu jidhru huma se jkollhom l-għażla li jirrapportawhom biex dawn jitneħħew immedjatament.

Ekonomija

Sport