Hamrun S………………..3
Sirens……………………..0
Hamrun Spartans komplew jikkonvinċu u jersqu qrib ir-rebħ tat-tieni kampjonat fi tliet staġuni meta għelbu lil Srens bl-iskor ta’ 3-0.
Huma fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fir-raba’ minuta meta Domingos bir-ras għadda tajjeb lejn ELVIS MASHIKE SUKISA li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.
L-Ispartans komplew fuq l-offensiva u erba’ minuti biss wara, Domingos għadda tajjeb lejn Sukisa li iżda minn pożizzjoni ideali laqat il-wieqfa.
Hamrun irduppjaw l-iskor fit-28 minuta meta wara li rċieva minn cross mil-lemin, ELVIS MASHIKE SUKISA kien fil-post it-tajjeb fll-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.
Sirens wieġbu għall-ewwel darba fis-47 minuta meta xutt ta’ Ivan Vaselinov Kolev ħabat max-xibka minn barra, biex ta l-illużjoni tal-goal.
L-azzjoni sussegwenti waslet fit-80 minuta minn Hamrun meta Roko Prsa għadda tajjeb lejn Sukisa li iżda kellu l-konklużjoni tiegħu tintemm barra. Madankollu, dan kien il-preludju għat-tielet goal li permezz tiegħu, l-Ispartans issiġillaw ir-rebħa meta Suksia pprovda l-assist lil ROKO PRSA li mill-viċin tefa’ ġewwa.
Hamrun S: 1-HenryBonello, 3-Bruno Domingos Ederson (10-Jorge Ailton Soares 70), 4-Steve Borg (14-Rodrigo Torre Callegari 41), 6-Matthew Guillamier, 9-Elvis Mashike Sukisa (7-Luke Montebello 87), 12-Roko Prsa, 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan (92-Matthew Mifsud 87), 63-Jonny (77-Joseph Mbong 77), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli Coach: Branko Nisevic
Sirens: 1-AndreaCassar, 6-Marcelo Muniz Pereiera, 8-Rei Tachikawa, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker, 21-Ayo Armah Vaikainah (7-Kei Sano 60), 22-Alex Cini (92-Andreas Vella 86), 25-Paulo Vyctor Bento de Vale, 27-Ivan Vaselinov Kolev (38-Stephane Sessegnon 60) (19-Miguel Maggi 87), 30-Gabriel Fernandes Ventura, 31-Degran Jackson (77-Siraj Eddin Arab 77) Coach: Winston Muscat
Referee: Fyodor Zammit
Ass. Referees: James Muscat, Shaun Calleja
Raba’ Uffiċjal: Slawomir Olucha
Skorers: E. Mashike Sukisa 2, 26, R. Prsa 82 (H)
Ammoniti: A. A. Vaikainah, S. Eddin Arab (S)
Player tal-Logħba: Elvis Mashike Sukisa (H)