Friday, April 26, 2024

XFactor lura magħna għar-raba edizzjoni… l-applikazzjonijiet miftuħa!

Aqra wkoll

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ XFactor Malta ġie mħabbar li l-programm ser jerġa’ jkun magħna għar-raba edizzjoni tiegħu mill-1 ta’ Ottubru li ġej, wara pawża ta’ sena.

Filfatt ħabbru wkoll li fetħu l-applikazzjonijiet għal dawk li jridu jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss.

Biex wieħed japplika irid jibgħat messaġġ fuq whatsapp, fuq in-numru +356 79202021 u jinkludi dawn id-dettalji li ġejjin: isem, kunjom, email, età u l-indirizz flimkien ma’ vidjow qasir tiegħek tkanta.

F’edizzjonijiet preċedenti, il-programm XFactor Malta serva bħala kompetizzjoni li wasslet biex tintagħżel ir-rappreżentatriċi ta’ Malta fil-Eurovision tal-2019 b’Michela u tal-2020 b’Destiny.

Għadu mhux magħruf jekk dan hux ser jiġri għall-iskeda li jmiss.

Sport