Saturday, December 21, 2024

Faċli għal Floriana kontra Balzan

Aqra wkoll

Floriana ……..3

Balzan ………0

Minn Cristian Muscat

Floriana ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Balzan bl-iskor ta’ 3-0, b’dawn tal-aħħar komplew jikkonfermaw staġun mill-aktar diżappuntanti fejn f’din il-partita lanqas ipproduċew azzjoni waħda denja ta’ nota.

B’din it-telfa, prattikament m’għandhomx ċans li jtemmu mat-Top Six hekk kif fadal żewġ partiti oħra biex jintemm l-ewwel round u jinsabu distakkati tliet punti mit-team fis-sitt post.

Min-naħa l-oħra, il-Greens kienu tattikament dixxipinati u organizzati f’kull dipartiment matul id-90 minuta, biex b’hekk kisbu rebħa meritata u tliet punti prezzjużi hekk kif irritornaw fit-tieni post.  

Huma fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fit-tmien minuta meta Guy Serge Cedric Yameogo għadda tajjeb lejn FRANKLIN SASERE li mill-viċin ma ħafirx.

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-21 minuta Ma­tias Nicolas Garcia kellu xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa li ġie salvat minn mal-art mill-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic.

Kulma jmur kompla d-dominju tal-Greens u fit-33 minuta Sasere dar taj­jeb iżda kellu x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa jintemm għoli.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fis-46 minuta rduppjaw l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, il-ballun intemm għand FRANKLIN SASERE li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Wieħed stenna li Balzan jagħmlu xi forma ta’ reazzjoni biex jerġgħu jidħlu fil-partita iżda dehru de­mo­ralizzati għall-aħħar bil- konsegwenza li rari resqu lejn il-lasti avversarji, bil- Furjaniżi xxamplati jiddettaw il-logħob.

Anzi … it-team immexxi mill-coach, Darren Abdilla kompla jixxala meta fl-64 minuta skorja t-tielet goal meta THIAGUINHO mill-viċin u b’xamma kbira għall-goal tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic.

Fis-86 minuta, il-Greens kienu kważi għajtu l-għajta tal-goal għar-raba’ darba iżda daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Sasere stampat mal-wieqfa, b’Balzan jeħilsuha ħafif.

Floriana komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech (19-Luca Accarino 84), 9-Kemar Reid, 11-Thiaguinho (22-Kyrian Nwoko 84), 12-Dunstan Vella (18-Neil Cassar 88), 20-Matias Nicolas Garcia (97-Emerson Santos De Souza 70), 27-Franklin Sasare (5-Gerard Cann Rodgers 89), 55-Alexandros Kouro, 70-Fernando Augusto Rodrigues De Araujo, 79-Serge Cedric Yameogo Guy – Coach: Darren Abdilla

BALZAN: x99-Danilo Golovic, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana (80-Marcel Lima Silva 59), 8-Nicholas Pulis, 9-Isaac Westendorf (11-Benjamin Hili 76), 10-Jan Busuttil, 14-Dimeji Awosanja, 17-Henri Braham Stanic (19-Gabriel Diego Farrugia 76), 22-Jake Grech (6-Marcus Grima 83), 24-Kevin Williams, 27-Alexander Ayo Akpan (21-Carson Buschman-Dormond 60)  – Coach: Dave Rodgers

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Mitchell Scerri

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: F. Sasere 8, 46, Thiaguinho 64 (F)

AMMONITI: Ħadd

Ekonomija

Sport