Friday, July 17, 2026
Home Sport Fagioli u Raspadori se jbiddlu t-tim?

Fagioli u Raspadori se jbiddlu t-tim?

0
100

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Taljan Nicolo Fagioli jinsab ferm viċin li jħalli lil Juventus sabiex imur jilgħab ma’ Napoli. Jidher li dan il-plejer ta’ 23 sena ma jinsabx fil-pjanijiet tal-kowċ Thiago Motta.

Sadanittant l-istess Juventus jistgħu jiftiehmu mal-Partenopei sabiex jakkwistaw lil Giacomo Raspadori li wkoll mhux isib post taħt il-kowċ Antonio Conte.

Min-naħa tiegħu, Motta lest li juża’ lil Raspadori fl-iskema tattika tiegħu ta’ 4-2-3-1.