Tuesday, December 24, 2024

“Faith żammitna impenjati u l-biża’ bħal donnha għebet”

Aqra wkoll

“Sirna nafu li se jkollna tifel. It-tqala taret, Faith żammitna impenjati u l-biża bħal donna bdiet tgħib. Sa ma wasal il-jum biex inwelled. Ċesarja oħra. Ma beżżatnix. Beżżani bil-wisq iktar il-mument ta’ stennija sa ma jgħiduli li kollox kien sew. Kemm sibt midwives u tobba taz-zokkor. Kemm ħadu paċenzja bija, ma rawnix biss numru iżda semgħuni, fehmuni u ftit mumenti biss wara li wellidt, ġew jaċċertawni li kien kollox sew”.

Dan qalitu Graziella Bartolo Pizzuto fuq il-paġna Up & Up With Faith, fejn kompliet tispjega li meta tawha lil bnha f’idejha kien mument li kienet għatxana għalih. Komplieet tgħid; “Għelibt kull ostaklu għal dak il-mument! U din id-darba bkejt, iżda bil-ferħ. Dak il-mument iddedikajtu lil Faith. L-inqas li stajt nagħmel. U qalbi bdiet tistrieħ u kompliet tfieq!”

L-omm stqarret li issa Faith għandha ħuha u li għalhekk l-familja tagħha hija kompluta. Spjegat kif l-imħabba li hi u żewġha għandha lejn uledhom hija kbira.

Ekonomija

Sport