Wednesday, July 24, 2024

Balzan jikkundannaw lil Sirens għaċ-Challenge League

Aqra wkoll

Sirens ……….1

Balzan ………4

Balzan kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 4-1, biex b’hekk ikkundannaw lill-Pawlini għall-BOV Challenge League.

Huma fetħu l-iskor fis-36 minuta meta Aleksandar Katanic sab lil GEORGE BLACKWOOD waħdu li b’xutt mill-viċin tefa’ wara l-goalkeeper ta’ Sirens, Andrea Cassar.

Fil-65 minuta, Balzan rduppjaw l-iskor meta wara corner preċiż mogħti minn Jan Busuttil huwa kellu l-ballun mxellef minn player ta’ Bal­zan bil-ballun jintemm għand GEORGE BLACKWOOD li mill-viċin spara l-ballun fix-xibka għal 2-0.

Fit-83 minuta, Balzan komplew ikabbru l-vantaġġ meta cross fil-baxx ta’ DIMEJI AWOSANJA ħabat ma’ Ni­cholas Pulis bil-ballun jintemm ġewwa.

Erba’ minuti wara, Balzan rebħu penalty wara li player ta’ Sirens deher imiss l-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-11-il jeru inkariga ruħu GEORGE BLACKWOOD li b’xutt b’saħħtu fir-rokna għeleb lil Andrea Cassar u b’hekk irreġsitra hat-trick personali.

Sirens skorjaw il-goal ta’ konsolazzjoni fil-ħin miżjud minn PROSPER BOAKYE b’xutt b’saħħtu minn ġewwa l-kaxxa.

Sirens: 1-Andrea Cassar, 5-Prosper Owusu, 6-Hasan Gomda, 8-Nicholas Pulis, 9-Andreas Harrison, 16-Mohammed Hafiz, 25-Daniel Borrero, 29-Kwasi Donsu, 44-Konstantinos Ntampizas, 96-Daniel Agius, 99-Ognjen Ilic Coach: Steve D’Amato

Balzan: 1-Rudy Briffa, 4-Andre Prates, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana, 10-Jan Busuttil (14-Dimeji Awosanya), 18-Ryohei Michibuchi, 21-Aleksandar Katanic (80-George Blackwood), 23-Nikola Zerjal, 24-Nikola Braunovic, 27-Olivier Rommens, 77-Aleksa Andrejic (17-Han Euigwon) Coach: Oliver Spiteri

Referee: Philip Farrugia

Ass. Referees: Duncan Sultana, Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson

Skorers: G. Blackwood 36, 65, 87, N. Pulis og 83 (S), P. Boakye 92 (S)

Ammoniti: K. Ntampizas (S)

Player tal-Logħba: George Blackwood (B)

Ekonomija

Sport