Wednesday, April 24, 2024

“Fallejna… Il-frekwenza ta’ nisa maqtulin fl-aħħar snin f’pajjiżna hija allarmanti”

Aqra wkoll

“Filwaqt li fil-maġġoranza tagħna konna qed niċċelebraw il-bidu ta’ sena ġdida fil-kumpanija tal-għeżież taghna, tfajla ta’ 29 sena ġiet maqtula kiesaħ u biered”, hekk bdiet biex tgħid id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar f’reazzjoni għall-mewt tat-tfajla Pollakka f’Tas-Sliema.

Cutajar tkompli li l-vjolenza fuq in-nisa mhux fenomenu ġdid, b’mod speċjali f’pajjiżna. Tfakkar li proprju sentejn ilu, is-sena bdiet bi qtil ieħor ta’ mara u li dan ma kienx xi każ iżolat.

“Il-frekwenza ta’ nisa maqtula f’Malta fl-aħħar snin huwa allarmanti. Dan mhux ngħidu biex nbezza’ iżda biex nifhmu kemm bħala soċjetà irridu naħdmu iżjed. Jekk verament is-suspettat isofri minn problemi mentali, allura fallejna bħala stat doppjament. Fallejna għax nqasna milli nagħtuh il-kura li għandu bżonn f’ambjent li ma jistax iweġġa’ lilu nniffsu jew lil ħaddieħor. Fallejna wkoll bħala stat u soċjetà għax b’xi mod daħħalnielu f’moħħu li mara hija mira ħafna aktar vulnerabbli minn raġel. Din il-mara ma ġietx maqtula biss għax allegetament l-agressur isofri minn problemi mentali iżda wkoll għax mara”, kompliet Cutajar.

Id-Deputata Laburista sellmet lil Paulina u temmet tgħid li huwa ta’ swied ta’ qalb li l-pajjiż li għażlet bħala d-dar tagħha spiċċa jkun it-tebut tagħha.”

Sport